Lokali

San Gejtanu idur mat-toroq tal-Ħamrun

Il-Ħamrun il-Ħadd filgħodu kien f’festa waħda hekk kif mat-toroq tal-lokalità saret purċissjoni bl-istatwa u r-relikwi ta’ San Gejtanu.

Din il-purċissjoni saret f’għeluq il-500 anniversarju mid-deheriet mistiċi tal-Madonna u l-Bambin lil San Gejtanu. Il-Purċissjoni mat-toroq tal-Ħamrun bdiet fid-disgħa u kwart ta’ filgħodu u daret diversi toroq. F’kull triq li għaddiet minnha l-istatwa ingħatat merħba.

Lejn tmiem il-purċissjoni għaddiet minn quddiem iż-żewġ każini tal-għaqdiet mużikali fejn l-istatwa wkoll ingħatat merħba.

Ma setax jonqos li lejn l-aħħar tal-purċissjoni spikkat il-ġirja tradizzjonali bl-istatwa ta’ San Gejtanu għad-dħul tal-istatwa lura fil-knisja.