Filmati minn kameras tas-sigurtà ta’ serqa minn carwash fl-Iklin wassal biex żewġ persuni tressqu l-Qorti akkużati li serqu flus u kkaġunaw ħsara li tammonta għal eluf ta’ ewro.
Colin Galea ta’ 26 sena u mara ta’ 44 sena li isimha ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, wieġbu mhux ħatja li serqu ammont ta’ flus mill-istabbiliment waqt li kkaġunaw aktar minn €15,000 fi ħsarat fuq magni tal-istess stabbiliment. Ir-raġel kien akkużat li mar jisraq darbtejn, darba minnhom akkumpanjat mill-mara.
Il-mara ngħatat il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €2,000 wara talba mill-Avukati tagħha. Ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest tar-raġel – li kien ukoll akkużat li kiser kundizzjonijiet li l-Qorti kienet diġa imponiet fuqu f’każ ieħor. Ir-raġel għaldaqstant qed jinżamm arrestat sakemm ikompli l-każ.
//= $special ?>