Żewġt irġiel li qed jiġu akkużati li heddew, ferew u serqu raġel fl-għalqa tiegħu, ingħataw il-ħelsien mill-arrest sakemm ikompli jinstema’ l-każ.
Dan hekk kif fil-Qorti tressqu żewġ żgħażagħ – Shalon Abela ta’ 24 sena u Tarek Khodir ta’ 23 sena li qed jiġu akkużati li ferew lil Mario Vella qabel serquh ftit aktar minn €2,300.
Il-każ seħħ f’Ottubru tal-2016 f’għalqa f’Burmarrad. Il-Maġistrat Doreen Clarke laqgħat it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €2,000. L-Avukat tal-Għajnuna Legali Benjamin Valencia deher għall-imputati.
//= $special ?>