Lokali

FILMAT: “Ma nafx lil min aktar se nitlob l-għajnuna….ħadd m’hu jagħti kasi” – Omm tissielet mal-faqar tiftaħ qalbha ma’ Net News

Ma nafx x’nistgħu nagħmlu. Irridu nrabbu erbat itfal u lanqas flus biex nixtri kartuna ħalibma għandi.

Din hi sitwazzjoni li qed tgħix ta’ kuljum familja li xtaqet tibqa’ anonima bl-omm tispjega ma’ Net News kemm il-faqar hu realta’ li dejjem qed jolqot familji differenti ta’ kuljum.

Din il-mara semmiet li żewġha spiċċa mingħajr impjieg u ilu jfittex f’dawn l-aħħar xhur imma qed isibha diffiċili.

Iżda problema ħafna drabi ġġib magħha problemi oħra hekk kif minħabba nuqqas ta’ flus ma kellix minn fejn tħallas il-kont tad-dawl u kienu se jaqtawulha. Kien grazzi għall-koperazzjoni li l-familja sabet mingħand l-Alleanza Kontra l-Faqar li ħallsu l-kont u li offrewlhom xi ħaġa żgħira tal-flus biex ikollhom x’jieklu fi żmien tal-festi.

L-omm issostni li ma tafx fejn se taqbad tagħti rasha hekk kif ir-raġel tagħha għadu ma sabx xogħol u bl-ebda mod ma’ trid li t-tifel il-kbir toħorġu mill-iskola biex imur jaħdem għall-familja.

Il-kumment ta’ din l-omm ma’ Net News spiċċa billi appellat biex jingħata widen għall-karba tagħha.