Il-Gvern ta’ Joseph Muscat ħabbar li reġa’ żied il-prezz tal-gass b’50 ċenteżmu kull ċilindru ta’ 12-il kilo li normalment jintuza mill-familji Maltin u Għawdxin. Il-Gass se jibqa’ b’dan il-prezz għoli għal sena sħiħa.
Din iż-żieda fil-prezz tħabbret f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru Joe Mizzi u ddikjara li l-familji se jibdew jixtru l-gass bl-gholi minn għada/ MIT-TLIETA. Din kienet it-tieni zieda f’hames xhur mill-Gvern ta’ Joseph Muscat.
B’hekk ċilindru tal-gass ta’ 12-il kilogramma li kien jiswa’ €15.50 centezmu issa ġie jiswa’ €16-il ewro. U ż-żieda tkompli tikber għal ċilindri tal-gass b’kapaċità ikbar hekk kif kull daqs ta’ ċilindru għola bi pro rata. Dan ifisser li r-ristoranti, lukandi u kumpaniji se jhossu ferm aktar ghal din iz-zieda.
Din iż-żieda hi marbuta għal sena, li jfisser li jekk fuq livell internazzjonali jonqos il-prezz tal-gass, f’pajjiżna l-prezz mhux se jonqos, izda ser jibqa’ bl-gholi. Dan wara ftehim li sar mas-setturi.
Madankollu, mistoqsi mill-ġurnalisti x’jiġri jekk il-ftehim jinkiser u l-gass jiżdied matul din is-sena, il-Ministru Mizzi ma weġibx lanqas jekk hux se jkun hemm xi penali.
Il-Gvern ħabbar din iż-żieda fl-ewwel ġimgħa ta’ Jannar, hekk kif tiżdied il-kesħa u jiżdied il-bżonn li l-familji jixtru ċ-ċilindri tal-gass biex isaħħnu d-dar, l-aktar l-anzjani.Dwar din iz-zieda fil-prezz tal-gass il-Gvern ma habbar xejn fil-Budget u halla l-festi jghaddu qabel ihabbar din iz-zieda sinifikanti.
//= $special ?>