Uffiċjal tal-ħabs (illi dan is-sit għandu d-dettallji kollha tiegħu) ġie sospiż mix-xogħol wara li l-ġimgħa li għaddiet instab pożittiv għat-test tad-droga. Skont l-informazzjoni tas-sorsi tagħna, jidher li meta dan l-uffiċjal għamel it-test tal-urina u nstab li kien abbuża mid-droga kokaina.
Jirriżulta li dan l-individwu kien iddaħħal jaħdem fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin fiż-żmien meta Manwel Mallia kien Ministru responsabbli mill-ħabs.
Minkejja li dan il-każ serju feġġ il-ġimgħa li għaddiet, il-Ministeru ta’ Michael Farrugia żamm kollox mistur.
//= $special ?>