Internazzjonali

“Il-media ħielsa tinsab taħt assedju” – Oprah Winfrey

Din kienet il-75 edizzjoni tal-Golden Globe Awards

Il-personalita’ televiżiva Oprah Winfrey rebħet il-lifetime achievment award fis-serata tal-Golden Globes illi saru matul il-lejl li għadda f’Beverly Hills. B’hekk Winfrey saret l-ewwel preżentatriċi u attriċi sewda fl-istorja ta’ dawn l-awards illi qatt ingħatat dan it-tip ta’ rikonoxximent għall-karriera.

Id-diskors ta’ Oprah Winfrey kien wieħed b’saħħtu ħafna. Hi tkellmet dwar il-fatt illi bħalissa l-media ħielsa tinsab taħt attakk. Winfrey sostniet illi id-dedikazzjoni biex insiru nafu l-verita’ hi ċ-ċavetta biex ma ndawwrux wiċċna quddiem l-inġustizzji u l-korruzzjoni.

“Jien ninsab hawn biex inwassal messaġġ ta’ kuraġġ, partikolarment b’appoġġ għal dawk in-nisa li ma jiddejqu xejn jesprimu l-verita'”, qalet Winfrey fid-diskors tagħha.

Elisabeth Moss, Laura Dern u Nicole Kidman kienu fost l-atturi li ġew premjati f’din is-serata li immarkat il-75 edizzjoni tal-Golden Globe Awards.