Wara waqfa qasira mill-programmi politiċi, illum jirritorna l-programm NEWSDESK | Analiżi Politika fuq Radio 101.
F’dan il-programm preżentat minn Jerome Caruana Cilia, kuljum issir analiżi tal-ġrajjiet kurrenti, analiżi politika.
NEWSDESK | Analiżi Politika huwa l-programm li fih inti tista’ tipparteċipa LIVE. Għandek l-opportunità illi ssemma’ leħnek, taqsam l-ideat tiegħek u fuq kollox tagħmel il-mistoqsijiet tiegħek b’mod dirett lill-mistiedna. Dan billi ċċempel 21 230 101, SMS 5061 3101 jew b’email fuq studio@radio101.com.mt / jcaruanacilia@gmail.com.
//= $special ?>