Lokali

Ir-Rabtin jibku t-telfa ta’ Charlie ż-Żum; ir-raġel bit-tbissima

Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt ta’ Charlie ż-Żum, raġel mir-Rabat li kien deskritt minn ħafna bħala bniedem ta’ qalb tajba.

Fl-aħħar xhur hu kien marid bil-marda tal-kanċer, iżda minkejja kollox, baqa’ bit-tbissima u lest biex jgħin.

Charlie jibqa’ mfakkar ukoll għall-filmat tiegħu waqt li qed jiġbor iż-żibel minn fuq ir-ramel u jappell biex il-pubbliku jżomm l-indafa.

Kienu mijiet l-messaġġi dwar Charlie hekk kif tħabbret il-mewt tiegħu.