L-ex deputat Laburista Joe Debono Grech li sa ftit tal-ġimgħat ilu ngħata ġieħ ir-Repubblika, mistenni jitressaq quddiem il-Qorti ta’ Għawdex b’rabta ma’ argument li kellu matul is-Sajf li għadda ma’ uffiċjali tal-Pulizija. Jirriżulta li l-argument kien seħħ viċin fejn jidħol il-Vapur ta’ Għawdex.
Joe debono Grech li għandu 78 sena kien għajjat ma’ uffiċjalital-Pulizija li skont hu ma ħadux azzjoni biex ineħħu karozza li allegatament kienet qed timblokka xi rampa. Jirriżulta li Debono Grech kien hedded lill-Pulizija li se jirrapurthom lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lill-Ministru tal-Intern Michael Farrugia.
Din m’hix l-ewwel darba li l-ex deputat Labrista Joe Debono Grech kien imsemmi li kien imdaħħal f’xi argument. Fl-2015 hu kien uża kliem ta’ vjolenza waqt seduta Parlamentai fil-konfront tad-deputat, illum tal-Partit Demokratiku, Marlene Farrugia. Hu kien qallha nigi ghalik nifqak.
Fl-1998 kien anke pprova jagredixxi lill-ex Mexxej Laburista Duminku Mintoff barra l-bini tal-Parlament wara li Mintoff kien għadu kemm ivvota kontra l-gvern ta’ Alfred Sant.
//= $special ?>