Tħabbret il-mewt ta’ Damian Dignan, ir-raġel li akkuża pubblikament lill-Kardinal George Pell, ta’ abbuż sesswali.
Dignan minn Ballarat fl-Awstralja miet wara marda twila.
Pell telaq temporanjament mill-kariga ta’ teżorier tal-Vatikan biex ikun jista’ jiġġieled l-akkużi mressqa mill-Pulizija Awstraljana ta’ abbuż sesswali. Akkużi li hu dejjem ċaħad bil-qawwa.
Rapporti fil-midja Awstraljana qalu li l-mewt ta’ Dinan tista’ teffettwa l-proċeduri kontra Pell.
Miet dak li akkuża lil Kardinal Pell b’abbuż sesswali
