Internazzjonali

Miet dak li akkuża lil Kardinal Pell b’abbuż sesswali

Damian Dignan (xellug) Il-Kardinal Pell (lemin)

Tħabbret il-mewt ta’ Damian Dignan, ir-raġel li akkuża pubblikament lill-Kardinal George Pell, ta’ abbuż sesswali.Dignan minn Ballarat fl-Awstralja miet wara marda twila.
Pell telaq temporanjament mill-kariga ta’ teżorier tal-Vatikan biex ikun jista’ jiġġieled l-akkużi mressqa mill-Pulizija Awstraljana ta’ abbuż sesswali. Akkużi li hu dejjem ċaħad bil-qawwa.
Rapporti fil-midja Awstraljana qalu li l-mewt ta’ Dinan tista’ teffettwa l-proċeduri kontra Pell.
Dignan kien lissen pubblikament l-akkużi kontra Pell, l-ogħla uffiċjal Kattoliku Awstraljan, f’intervista li kien ta lit-televiżjoni Awstraljan f’Marzu tal-2016 u kien ukoll issemma’ ħafna fil-ktieb Cardinal: The Rise And Fall of George Pell mill-ġurnalista Louise Milligan.
F’Ġunju li għadda, il-Pulizija Awstraljana kienet akkużat formalment lil Pell u hu se jidher quddiem qorti f’Melbourne f’Marzu f’proċess li mistenni jdum xahar.