Sport Sport Ieħor

TENNIS – Suċċess għal Halep u Svitolina

Simona Halep bit-trofew

It-tennista numru wieħed fid-dinja Simona Halep u t-tennista numru sitta fid-dinja Elina Svitolina komplew jimpressjonaw ftit qabel l-Open tal-Awstralja hekk kif fi tmiem il-ġimgħa rebħu żewġ titli.

Halep rebħet l-Open ta’ Shenzhen u Svitolina rebħet il-Brisbane International.

Halep irkuprat wara li tilfet it-tieni set u ħarġet rebbieħa kontra Katerina Siniakova bi skor ta’ 6-1 2-6 6-0. Ta’ min jinnota li Siniakova kienet iċ-champion renjanti tal-Open taċ-Ċina.

Intant, Svitolina rebħet l-ewwel turnament tal-WTA ta’ din is-sena meta fil-finali tal-Brisbane International ħarġet rebbieħa kontra t-tennista mill-Ukrajna Aliaksandra Sasnovich bi skor ta’ 6-2 6-1.