Lokali

Trakk mgħobbi u perikoluż iżomm it-traffiku fil-Marsa

Trakk mgħobbi bil-ħadid u biċċiet tal-injam li bilkemm kienu marbutin jidher f’dan ir-ritratt li rċieva Net News, u jixhed biċ-ċar l-abbużi fit-toroq Maltin mingħajr kontroll jew infurzar.

Kif jidher ċar mir-ritratt, li ttieħed fi triq Ħal Qormi fil-Marsa, li kieku mqar biċċa waħda mill-ħadid jew l-injam iżżerżqet minn fuq it-trakk, il-kumplament tat-tagħbija kienet tinżel għal fuq il-karozzi li kienu jsegwu.

Minħabba li f’ġenb ta’ din it-triq qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni, it-trakk ħa ż-żewġ karreġġjati bil-konsegwenza li nġema’ wkoll it-traffiku.