Futbol Sport

Futbol – Il-UEFA tissospendi żewġ plejers Maltin għal għomorhom

Żewġ plejers tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol taħt il-21 sena ġew sospiżi għal għomorhom mill-UEFA wara li nstabu ħatja li ppruvaw jimmanipulaw ir-riżultat ta’ żewġ partiti mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-2017. Dawn huma Kyle Cesare ta’ 20 sena u Emanuel Briffa ta’ 22 sena.

Malta kienet lagħbet kontra l-Montenegro fit-23 ta’ Marzu tal-2016 filwaqt li sitt ijiem wara lagħbet kontra r-Repubblika Ċeka.

Ta’ min jiftakar li Cesare u Briffa kienu għaddew proċeduri kriminali fil-Qrati Maltin u kienu inħelsu mill-akkużi iżda bħalissa qed jerġgħu ikunu affaċjati bl-istess akkużi wara li l-Avukat Ġenerali appella mid-deċiżjoni tas-sentenza tal-ewwel Qorti.

Erba’ plejers oħra wkoll instabu ħatja u ingħataw sentenzi differenti mill-UEFA b’rabta mal-istess każ.

Samir Arab ġie sospiż għal sentejn, Ryan Camenzuli għal sena u sitt xhur, Llywelyn Cremona għal sena u Luke Montebello għal sena.

Arab u Camenzuli ngħataw din is-sospensjoni ta’ sentejn għaliex instabu ħatja li ma nfurmawx lill-UEFA meta ġew avviċinati bl-istess skop.

Minbarra s-sospensjoni Ryan Camenzuli, Llywelyn Cremona u Luke Montebello ġew ordnati wkoll jagħmlu xogħol ta’ servizz fil-komunita’ tal-futbol.

Mis-seba’ plejers investigati huwa biss il-gowlkiper Matthew Calleja Cremona li ġie meħlus mill-akkużi kollha u b’hekk ma ntsabx ħati.