Reinaldo Rueda nħatar bħala kowċ nazzjonali taċ-Ċili. Hu iffirma ta’ erba’ snin.
Rueda se jkun qed jieħu post Juan Antonio Pizzi li minn naħa tiegħu ħalla lit-tim wara li ċ-Ċili naqqsu milli jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tal-2018.
Rueda, li għandu 60 sena fil-passat mexxa lit-timijiet nazzjonali tal-Kolombja u tal-Honduras u issa se jkollu biċċa xogħol biex jipprova jgħin liċ-Ċili jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja ta’ erba’ snin oħra.
Hu ngħata kuntratt sa tmiem il-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-edizzjoni li se ssir fil-Qatar u ovvjament jekk iċ-Ċili jgħaddu għal dan it-turnament dan il-kuntratt jiġġedded b’mod awtomatiku.
Ta’ min jiftakar li taħt it-tmexxija tiegħu, l-Honduras kienu għaddew għat-Tazza tad-Dinja tal-2010. Riċentament Rueda kien qed imexxi lill-klabb Brażiljna ta’ Flamengo.
//= $special ?>