Il-Ħadd li ġej il-ġonna ta’ madwar il-Palazz ta’ San Anton se jinbidlu f’festival hekk kif issir edizzjoni oħra tal-Festa taċ-Ċitru.
Bħal kull sena, minbarra frott frisk maqtugħ f’dawn il-jiem minn madwar 600 siġra fl-għelieqi tal-ġonna tal-Palazz, dawk li jattendu jistgħu jgawdu wkoll minn ikel bnin kif jixtru minn għażla vasta ta’ kotba, ġugarelli u varjetà ta’ oġġetti oħra.
U hekk kif il-ġbir tal-larinġ u frott ieħor mis-siġar taċ-ċitru madwar il-Palazz għaddej qatigħ, it-Tlieta filgħodu kien imiss lit-tfal mill-Kulleġġ ta’ San Injazju biex jagħtu daqqa t’id.
Huma kienu assistiti mir-raġel tal-President, Edgar Preca, li f’messaġġ lit-tfal appellalhom biex ta’ kuljum jieklu l-frott u jgħixu ħajja sana, speċjalment il-larinġ f’dan il-mument fejn pajjiżna għaddej minn mewġa ta’ influwenza.
Din is-sena l-flus mill-bejgħ tal-frott taċ-ċitru se jmur b’risq l-organizzazzjonijiet li jiġbru annimali abbandunati jew maħqura f’pajjiżna.
//= $special ?>

