Fi stqarrija fuq Facebook, il-goalkeeper Matthew Calleja Cremona esprima sodisfazzjon wara li l-UEFA sabet li ma kellu l-ebda ħtija fil-każi ta’ korruzzjoni relatati mat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena.
“Fl-aħħar għaddew dawn ix-xhur tant diffiċli. Kif stennejt, irċivejt l-aħbar it-tajba. Fortunatament, fil-każ tiegħi, il-ġustizzja ħarġet rebbieħa u ismi jibqa’ intatt,” iddikjara Calleja Cremona.
Fakkar li fl-istess logħba hu ta dak kollu li jista’ u, skont il-midja lokali, saħansitra kien l-aqwa plejer fil-grawnd. “Nifhem li l-poplu Malti imweġġa’, imma niżgura lil kulħadd li anke jien imweġġa’ għaliex jien lgħabt u rrappreżentajt lil pajjiżi. Għadni u nibqa’ nħossni onorat li nilgħab għal pajjiżi.”
Id-deċiżjoni tal-UEFA tfisser li Calleja Cremona la kien parti minn xi pjan biex jiġu rranġati l-logħob u lanqas li kien jaf b’dan il-pjan u naqas milli jirraporta. Fi kliem ieħor, Calleja Cremona hu totalment estranju għal dan il-każ.
Calleja Cremona kien rappreżentat mill-Avukat Joe Giglio.
//= $special ?>