Internazzjonali

L-Afrika t’Isfel: 200 midruba f’inċident b’ferrovija

Indarbu talanqas 200 persuna f’inċident b’ferrovija, qrib il-belt ta’ Germiston, lejn il-Lvant ta’ Johannesburg. Intant ma kenux irrappurtati fatalitajiet.

Il-parti kbira tal-passiġġieri midruba kienu ħaddiema fi triqthom lejn il-postijiet tax-xogħol.

Filwaqt li mhux ċar x’wassal għall-inċident, l-istampa tal-Afrika t’Isfel qalet li ferrovija li kienet għaddejja fuq ir-rotta tagħha baqgħet dieħla ġo ferrovija wieqfa minn wara. L-investigazzjonijiet qed ikomplu.