Professur Malti li għamel perijodu żgħir impjegat mill-Ġordaniżi ta’ Sadeen fisser it-trawma li għadda minnha meta l-impjieg tiegħu ġie terminat f’Settembru li għadda. Din hija biss waħda mid-diversi stejjer li ħarġu fl-aħħar sigħat, u li ħafna minnhom jirrakkuntaw il-mod kif tkeċċew 12-il professur mill-Universita’ Amerikana (AUM).
Mas-sit elettroniku Inside Higher ED il-Professur Bernard Gauci, li għandu 67 sena, jispjega kif mexa miegħu r-Rettur tal-AUM.
Il-klassijiet bdew fil-11 ta’ Settembru, u hu twaqqaf milli jgħallem fit-22 ta’ Settembru.
“Jien għamiltha ċara li l-kwistjoni tal-Parkinsons kienet temporanja, u kont qed nieħu kura. Imma huma qaluli li ma kontx tajjeb għall-ambjent ‘dinamiku’ tad-dipartiment”, sostna Gauci.
Hu qal illi mhux aċċettabbli li tkeċċi persuna hekk, la Malta u lanqas fl-Istati Uniti.
//= $special ?>