Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil iddikjara li l-ġustizzja hi l-uniku interess li għandu fil-każ dwar il-Panama Papers.
Fi tweet Simon Busuttil qal fil-kawża Kostituzzjonali biex jinbidel l-Imħallef Anontio Mizzi mill-każ tal-Panama Papers, l-avukati ta’ Joseph Muscat b’mod inkredibbli staqsieh x’interess kellu fil-każ. Simon Busuttil iddikjara li l-interess tiegħu hu l-ġustizzja.
Fis-seduta l-Imħallef Joseph Zammit McKeon qal li Simon Busuttil għandu jġib il-provi li juru li d-deċiżjoni tal-Imħallef Antonio Mizzi biex jibqa’ jisma’ l-każ dwar l-appelli fil-Panama Papers iwasslu biex hu jkun vittma għaliex ikunu qed jinkisru d-drittijiet fundamentali tiegħu.
Simon Busuttil kien ippreżenta kawża kostituzzjonali biex tinbidel deċiżjoni tal-Imħallef Antonio Mizzi li ddeċieda li jkompli jisma l-kawża tal-Panama Papers imressqa mill-Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi, Brian Tonna, Malcolm Scerri u Adrian Hillman.
Simon Busuttil kien iddikjara li l-Imħallef Antonio Mizzi m’għandux jisma l-kawza minħabba li hu miżżewweġ lill-ewroparlamentari Laburista Marlene Mizzi.
Kien f’Luju 2017 li Simon Busuttil mar fil-Qorti tal-Maġistrati biex tinbeda investigazzjoni dwar il-Panama Papers.
Dr. Jason Azzopardi kien l-avukat jirrapprezenta lid-deputat Simon Busuttil.
//= $special ?>