Eluf ta’ turisti spiċċaw iżolati wara l-inżul qawwi ta’ borra fir-reġjun tal-Alpi, u meta l-aċċess spiċċa maqtugħ għal diversi bliet u villaġġi madwar l-Iżvizzera, Franza u l-Italja.
Hemm talanqas 13,000 il-turist iżolati fir-resort ta’ Zermatt, fl-Iżvizzera, bis-sitwazzzjoni tkun tant li kellu jsir airlift ( bil-ħelikopter) għal numru ta’ nies li kienu ddisprati biex jitilqu mill-inħawi.
L-isport tax-xitwa fl-inħawi, b’mod partikulari s-skiiing, mhux qed ikun possibbli minħabba s-sogru tal-valangi. Dan meta, fil-ġurnata tat-Tnejn biss, niżlet aktar minn metru borra f’ċerti zoni u meta llum kien mistenni aktar inżul sostanzjali ta’ borra.
Is-sogru tal-valangi fir-reġjun tal-Alpi laħaq il-massimu, bit-theddida qed tkun indikata bħala ‘l-ogħla waħda għal kważi għaxar snin’.
//= $special ?>

