Sigħat wara li tħabbret id-deċiżjoni tal-UEFA fil-konfront ta’plejers tat-tim Nazzjonali ta’ taħt il-21 sena, Angelo Chetcuti, Segretarju tal-MFA meta indirizza lill-ġurnalisti ta stampa ċara tal-istess deċiżjoni tal-UEFA.
Hu għamel emfasi li d-deċiżjoni ittieħdet mill-Bord tal-Kontroll, Etika u Dixxiplina fejn fil-proċess kien l-ispettur tal-UEFA responsabbli mill-ġbir tal-evidenza dwar il-każ f’seduti li seħħew fl-14 u l-15 ta’ Diċembru li għadda.
Huwa spjega kif dawk milquta mis-sospensjoni jistgħu jidħlu fi proċess ta’ appell wara u jekk tintalab il-motivazzjoni tas-sentenza.
Is-Segretarju tal-MFA għamel emfasi li minkejja li l-Assoċjazzjoni tinsab diżappuntata b’dak li seħħ, dan kollu huwa wkoll riżultat ta determinazzjoni fl-obbligu tal-MFA li tikompli tagħti priorita’ assoluta fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.
Fil-proċess tal-każ l-MFA talbet lil UEFA biex tkun bħala osservatur f’Novembru li għadda iżda t-talba ma ġietx milqugħa.
Huwa spjega kif is-sentenzi varjaw skond il-gravità tas-sitwazzjoni li kull plejer involut kien fiha.
//= $special ?>