Skont statistika ppublikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti naqset b’mod drastiku matul ix-xahar ta’ Novembru u matul l-ewwel ħdax-il xahar tas-sena 2017.
Fil-perjodu bejn Jannar u Novembru 2017, l-importazzjoni naqset bi tmienja fil-mija fil-waqt li l-esportazzjoni naqset b’29 fil-mija u dan meta kkomparat mal-istess perjodu s-sena ta’ qabel .
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista permezz tal-kelliem tal-Finanzi Mario De Marco, l-kelliema għas-servizzi Finanzjarji, l-IT u l-Gaming Kristy Debono u l-Kelliem għall-Ekonomija Claudio Grech qal li l-istatistika tal-kummerċ internazzjonali hija indikatur importanti ħafna għas-settur tal-manifattura. Sitta minn kull għaxar setturi tal-produzzjoni esportaw inqas fis-sena 2017 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.
Il-kelliema qalu li minkejja s-sejħiet tal-Oppożizzjoni, il-Kamra tal-kummerċ u anke l-Assoċjazzjoni ta’ min iħaddem, il-Gvern naqas milli jieħu azzjonijiet konkreti biex isaħħaħ il-kompetittività tas-settur tal-manifattura.
Il-Gvern qed jonqos milli jimplimenta numru ta’ rakkomandazzjonijiet li tressqu quddiemu fost oħrajn proposti għal tariffi inqas tal-enerġija u prezzijiet irħas tal-fjuwil.
Il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista saħqu kif il-wegħda tal-Gvern ta’ Joseph Muscat li jagħmel priorità s-settur tal-manifattura twarrab l-istess bħalma twarrbu l-wegħdi ta’ governanza tajba, trasparenza u l-kontabiltà.
Skont statistika ppublikata mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika matul ix-xahar ta’ Diċembru l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti naqset b’mod drastiku matul ix-xahar ta’ Novembru u matul l-ewwel ħdax-il xahar tas-sena 2017.
Fil-perjodu bejn Jannar u Novembru 2017, l-importazzjoni naqset bi tmienja fil-mija fil-waqt li l-esportazzjoni naqset b’29 fil-mija u dan meta kkomparat mal-istess perjodu s-sena ta’ qabel .
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista permezz tal-kelliem tal-Finanzi Mario De Marco, l-kelliema għas-servizzi Finanzjarji, l-IT u l-Gaming Kristy Debono u l-Kelliem għall-Ekonomija Claudio Grech qal li l-istatistika tal-kummerċ internazzjonali hija indikatur importanti ħafna għas-settur tal-manifattura. Sitta minn kull għaxar setturi tal-produzzjoni esportaw inqas fis-sena 2017 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.
Il-kelliema qalu li minkejja s-sejħiet tal-Oppożizzjoni, il-Kamra tal-kummerċ u anke l-Assoċjazzjoni ta’ min iħaddem, il-Gvern naqas milli jieħu azzjonijiet konkreti biex isaħħaħ il-kompetittività tas-settur tal-manifattura.
Il-Gvern qed jonqos milli jimplimenta numru ta’ rakkomandazzjonijiet li tressqu quddiemu fost oħrajn proposti għal tariffi inqas tal-enerġija u prezzijiet irħas tal-fjuwil.
Il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista saħqu kif il-wegħda tal-Gvern ta’ Joseph Muscat li jagħmel priorità s-settur tal-manifattura twarrab l-istess bħalma twarrbu l-wegħdi ta’ governanza tajba, trasparenza u l-kontabiltà.
//= $special ?>