Ġranet qabel ħarġet l-aħbar li Vitals Global Healthcare kienet se tbiegħ il-konċessjoni ta’ 30 sena tat-tliet sptarijiet publiċi, il-Ministeru tas-saħħa kiseb l-approvazzjoni mill-Parlament biex Vitals titħallas is-somma ta’ tmintax-il miljun ewro aktar mis-somma miftehma ta’ 16.5 miljun ewro għas-sena 2017.
Dan tħabbar mill-gazzetta Times of Malta.
Dan il-pagament kien approvat f’Diċembri li għadda fil-Parlament bħala parti mill-approprazzjoni tal-Baġit.
Mill-investigazzjonijiet li għamlet The Times jidher li żewġ line items tal-baġit li fihom hemm involuti l-VGH kien hemm żieda konsiderevoli. F’line item 5862 il-baġit żdied minn 12.5 miljun ewro għal 24 miljun ewro. Filwaqt li line item 5863 żdied minn 4 miljun ewro għall-6.7 milun ewro.
L-Oppożozzjoni Nazzjonalista vvutat kontra din iż-żieda. Il-ħlasijiet lill-VGH ma jinkludux is-salarji u l-pagi għall-istaff tal-isptar San Luqa, l-isptar Karin Grech u l-isptar Ġenerali t’Għawdex li huma mħallsin b’mod dirett mill-fondi publiċi.
Ir-raġunijiet għal din iż-żieda mhux magħrufa u l-ispjega li ngħatat fid-dokumenti parlamentari tagħti ftit dettalji.
B’referenza għal artiklu ppubblikat illum fil-gazzetta Times of Malta dwar ħlasijiet lil VGH, id-Dipartiment tas-Saħħa ppreċiża li l-flus imħallsa mill-Gvern lill-kumpanija Vitals Global Healthcare matul is-snin 2016 u 2017 huma skont it-termini maqbula fil-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u VGH.
//= $special ?>