Lokali

Żagħżugħ Taljan iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ

Żagħżugħ Taljan ta’ 24 sena sofra feriti gravi wara li dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ.

Jirriżulta li għall-ħabta tas-6am, iż-żagħżugħ residenti Birkirkara kien qed isuq mutur tat-tip Piaggio fi Triq l-Imdina meta, għal xi raġuni, kien involut fl-inċident ma’ vettura tat-tip Jeep, misjuqa minn raġel ta’ 34 sena minn Ħaż-Żebbuġ stess.

Minbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ ukoll tim mediku b’Ambulanza, li ta l-ewwel għajnuna qabel ma ħadet lit-Taljan l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Hemm, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.