Għawdex Lokali

Il-Vitals tissospendi numru ta’ operazzjonijiet fl-Isptar t’Għawdex

L-Isptar ġenerali ta' Għawdex - Mill-Arkivji
Numru ta' sodod jitpoġġew fid-Day Care

Numru ta’ operazzjonijiet f’Għawdex deskritti bħala “mhux kritiċi” ġew posposti mill-Vitals. Dan ġie konfermat fi stqarrija maħruġa ftit tal-ħin ilu.

L-istqarrija tgħid illi dan hu dovut għall-fatt illi numru kbir ta’ pazjenti daħlu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex minħabba l-influwenza staġjonali. Dan wassal ukoll biex zoni li jintużaw għad-day care ġew konvertiti bis-sodod għall-pazjenti.

Nies li tkellmu magħna qalulna li huwa evidenti illi l-VGH ma kienux preparati għall-influwenza staġjonali.

Il-VGH minn naħa tagħhom qalu illi l-operazzjonijiet kritiċi se jsiru b’mod normali.