Mara ttieħdet l-isptar Mater Dei ssofri minn xi ġrieħi wara li għall-ħabta tas-2p.m. kienet involuta f’ħabta ma’ xarabank f’St. Andrew’s, is-Swieqi.
Jirriżulta li l-karozza misjuqa mill-mara ħarġet minn parkeġġ fi Triq Sant’Andrija u hekk kif qasmet għan-naħa l-oħra tat-triq, kellha mpatt ma’ Xarabank li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni ta’ San Ġiljan.
Il-mara nqabdet fil-karozza u ssejjaħ tim paramediku kif ukoll Pulizija li lkoll assistew biex il-mara nħarġet mill-karozza u ttieħdet l-isptar.