Internazzjonali

Terremot tal-qawwa ta’ 7.6 fil-Karibbew

Kien hemm terremot qawwi tal-qawwa ta’ 7.6 fuq l-Iskala Richter li laqat il-Baħar tal-Karibbew. Dan wassal biex inħarġet twissija ta’ tsunami f’Ġamajka, Puerto Rico u l- US Virgin Islands iżda wara xi ħin kienet irtirata.
It-terremot kien wieħed mill-akbar li qatt kien hemm fiz-zona u seħħ madwar 40 kilometru minn Great Swan Island li hi tal-Honduras.
It-terremot inħass f’diversi pajjiżi tal-Amerika Latina.
It-terremot ħeżżeż il-bini f’Tegucigalpa, il-kapitali tal-Honduras u li tinsab madwar 500 kilometru mill-epiċentru.