Internazzjonali

Tfitxija oħra għat-Titijira MH370

Il-Gvern tal-Malasja iffirma ftehim mal-kumpanija Amerikana Ocean Infinity, biex tfittex l-ajruplan MH370 tal-Malaysia Airlines. Il-Gvern tal-Malasja intrabat li jħallas lill-kumpanija Amerikana 70 miljun dollaru jekk issib l-ajruplan f’temp ta’ tliet xhur. L-ajruplan kien għeb waqt titjira minn Kuala Lumpur lejn Beijing, f’Marzu tal-2014, b’239 persuna abbord. L-Awstralja, iċ-Ċina u l-Malasja, f’Jannar kienu waqfu t-tfittxija għalih f’zona ta’ 120,000 kilometru kwadru, bi spiża ta’ 157 miljun dollaru. L-investigaturi riedu li t-tfit-txija tiċċaqlaq lejn zona ta’ 25,000 kilometru kwadru aktar lejn it-tramuntana. Imma dan ma sarx. Issa l-Ocean Infinity se tfittex f’din iz-zona u se titħallas biss jekk issib l-ajruplan. It-tfittxija tibda fis-17 ta’ Jannar u ssir permezz ta’ vapur speċjalizzat, is-Seabed Constructor.