Il-UĦM Voice of the Worker qed tappella lill-Gvern biex jimxi bi trasparenza u jispjega l-mekkaniżmu li permezz tiegħu qed jogħla l-gass.
Dan wara li l-Gvern ta’ Joseph Muscat ħabbar li reġa’ żied il-prezz tal-gass b’50 ċenteżmu kull ċilindru ta’ 12-il kilo.
B’hekk ċilindru tal-gass ta’ 12-il kilogramma li kien jiswa’ €15.50 centezmu issa ġie jiswa’ €16-il ewro. U ż-żieda tkompli tikber għal ċilindri tal-gass b’kapaċità ikbar hekk kif kull daqs ta’ ċilindru għola bi pro rata.
Din kienet it-tieni żieda tal-prezz tal-gass f’pajjiżna fl-aħħar sitt xhur.
Josef Vella fakkar kif żieda fil-prezz tal-gass taffettwa l-ispiża ta’ kuljum fil-ħajja tal-ħaddiema u għalhekk wieħed irid jiħodha in konsiderazzjoni meta jikkalkula l-għoli tal-ħajja.
Il-poplu se jibqa’ jħallas dan il-prezz ogħla tal-gass għal sena, hekk kif il-Gvern rabat lill-poplu b’dan il-prezz.
//= $special ?>
