Unite with Tomorrowland se jerġa’ jsir f’Malta għat-tieni darba konsekuttiva fit-28 ta’ Lulju ta’ din is-sena. L-avveniment se jerġa’ jsir fil-Marsa Sports Grounds.
Is-sena li għaddiet, il-festival sar fi 8 pajjiżi fl-istess ħin minbarra fil-Belġju fejn huwa stabbilixxa ruħu, li kienu Malta, il-Korea t’Isfel, il-Ġermanja, it-Taiwan, il-Libanu, Dubaj, Spanja u Iżrael.
Eluf ta’ żgħażagħ minn 50 pajjiż differenti attendew għall-festival f’Malta s-sena li għaddiet u minn stħarriġ li sar mill-organizzaturi jirriżulta li iktar minn 90% kienu ħerqana jerġgħu jiġu Malta għal dan l-avveniment.
Fi stqarrija, l-organizzaturi qed jgħidu li Unite with Tomorrowland f’Malta din is-sena se jkun aħjar u ikbar, tant li l-ħidma biex jittella’ dan l-avveniment diġà bdiet u għaddejja ġmielha.
//= $special ?>