Lokali

Toni Zarb mill-ġdid jinfexx fit-tgħajjir … issa wara s-servizz tal-BBC dwar pajjiżna

L-eks Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union u l-konsulent Part Time tal-Uffiċju tal-Prim Ministru, Tony Zarb, fuq Facebook qal biex il-BBC ma tindaħalx b’dak li hu għaddej f’Malta.

Għajjar ukoll tradituri lil dawk li skont hu użaw dan il-programm biex jaqbdu mal-Prim Ministru Joseph Muscat.

F’dan il-programm il-Prim Ministru Joseph Muscat kien deskritt bħala ‘Artful Dodger’ jiġifieri makakk u deskritt ukoll bħala l-persuna responsabbli mill-bejgħ tal-passaporti f’pajjiżna.

Zarb li fis-sena 2015 ingħata Ġieħ ir-Repubblika, fl-aħħar ġimgħat diġa kien fiċ-ċentru ta’ kontroversja meta sejjaħ lin-nisa li kienu qed jipprotestaw quddiem Kastilja wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia bħala tradituri u kien xebbagħhom mal-prostituti.