Sirjan ta’ 23 sena residenti Ħal Tarxien qed isofri minn ġrieħi serji wara inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq is-Sewwieqa, il-Ħamrun.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li kien għall-ħabta tal-10.00 li ż-żagħżugħ waqa’ minn għoli ta’ madwar erba’ sulari waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni.
Fil-post issejjaħ tim mediku biex jassisti lill-vittma, li ttieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Francesco Depasquale li ħatar l-esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>