L-ekskowċ tat-timijiet tal-futbol ta’ Chelsea u Tottenham, André Villas-Boas kellu jirtira mir-rally ta’ Dakar minħabba injury li sofra waqt li kien qed jikkompeti.
Villas-Boas weġġa’ waqt li kien qed jieħu sehem fir-raba’ stadju meta dak il-ħin kien sagħtejn, 18-il minuta u 50 sekonda wara l-lider. Villas-Boas ma sofra l-ebda ksur imma ttiteħed l-isptar bħala prekawzjoni.
F’kumment li ppubblika fuq il-profil elettroniku aktar tard, Villas-Boas serraħ ras lis-segwaċi tiegħu li hu jinsab tajjeb imma fl-istess ħin #vela li ma jistax jibqa’ jikkompeti f’din il-kompetizzjoni li bdiet mill-Peru.
Ir-Rally ta’ Dakar, din is-sena hu kompost minn 14-il tappa fuq distanza ta’ 9000km.
Għal darba oħra din il-kompetizzjoni qed issir fl-Amerika Ċentrali bis-sewwieqa jibdew mill-belt kapitali tal-Peru Lima. Ir-rally jintemm f’Cordoba fl-Arġentina fl-20 ta’ Jannar.
Ir-Rally ta’ Dakar , din is-sena beda aktar tard mis-snin imgħoddija wara li fl-aħħar snin kien dejjem jibda f’nofs Diċembru.
F’Novembru li għadda Villas-Boas irriżenja minn kowċ tal-klabb Ċiniż Shanghai SIPG biex ikun jista’ jikkompeti f’din it-tellieqa.
Hu kien qed isuq flimkien ma’ Ruben Faria, assistent tiegħu ma’ diversi klabbs tal-futbol.
Ta’ min jinnota li z-ziju ta’ Villas-Boas kien ħa sehem fir-Rally ta’ Dakar fl-1982.
//= $special ?>