Lokali

Vann jispiċċa fuq karozza quddiem pompa tal-petrol fil-Mosta

Ħadd ma’ weġġa meta kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-6a.m. sewwieq ta’ vann tilef il-kontroll u tela’ fuq karozza oħra fi triq Kostituzzjonali l-Mosta. L-inċident seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar gravi minħabba li seħħ preċiżament quddiem pompa tal-petrol, bil-vann jispiċċa jikkawża wkoll xi ħsarat fil-pompa tal-petrol.

Kawża ta’ dan l-inċident, it-triq direzzjoni lejn Burmarrad ingħalqet għat-traffiku sakemm il-vetturi jitneħħew minn fuq il-post.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.