Lokali

AĠĠORNATA: Jitlef ħajtu wara inċident fil-Qrendi

Accept Analitiċi cookies to view the content.

Irlandiż residenti l-Imqabba tilef ħajtu traġikament wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Qrendi. Il-każ sehh għall-ħabta tal-5.00 ta’ wara nofsinhar  fi Triq San Mattew fid-direzzjoni ta’ Ħaġar Qim, meta għal xi raġuni s-sewwieq ta’ 56 sena tilef il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li baqgħet dieħla f’ċint tas-sejjieħ.

Fuq il-post issejħu immedjatament membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ħarġu lill-vittma mill-vettura kif ukoll tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn aktar tard sfortunatament ġie ċertifikat mejjet.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Neville Camilleri LL.D, li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-Inkjesta li ġiet appuntata.