Sport

Barcelona jikkonfermaw li Arda Turan ser jingħaqad mal-Istanbul Basaksehir

Il-midfielder Tork, li falla milli jispikka fil-Camp Nou, ser jerġa’ lura għal pajjiżu b’self sal-2020.

Il-Playmaker ta’ 30 sena ser jirritorna lura fit-Turkija wara li dan l-istaġun falla milli jilgħab logħoba waħda taħt il-kowċ Ernesto Valverde.  Kien għalhekk li Arda Turan pratikament kien mġiegħel jitlaq sabiex jilgħab aktar b’mod regolari.

Il-Katalani għaldaqstant ħallew lit-Tork jitlaq b’self għal sentejn u nofs mal-Istanbul Basaksehir, li bħala plejers għandhom fost oħrajn lil Gael Clichy u Emmanuel Adebayor.

Tul is-sentejn u nofs li ilu mal-Blaugrana, Arda Turan lagħab 55 partita u skorja 15-il goal.