Id-difensur internazzjonali Malti Zach Muscat jista’ jħalli lil US Arezzo hekk kif il-programm sportiv ta’ Net Television Replay, jinsab infurmat li qed jinteressa lil diversi klabbs Taljani.
Ewlenin fost il-klabbs interessati f’Muscat hemm il-klabb storiku Taljan ta’ Reggina, madankollu jirriżultat li hemm aktar possibbiltajiet għad-difensur Malti.
Minkejja dan, id-diskussjonijiet dwar trasferiment possibbli għadhom fi stadju bikri, bil-kumplament ta’ dan ix-xahar mistenni jkun movimentat għal Muscat.
B’hekk jidher li se tkompli tavvanza l-karriera taż-żagħżugħ ta’ 24 sena barra pajjiżna. Hu kien ħalla lil Birkirkara fl-2016 biex ingħaqaf ma’ Akragas.
//= $special ?>