Internazzjonali

L-elezzjoni għall-Presidenza Ċeka: Taqtigħa deċiżiva bejn Zeman u Drahos

L-elezzjoni għall-Presidenza tar-Repubblika Ċeka se tgħaddi għal tieni fażi deċiżiva  meta l-President Ċek attwali, Milos Zeman, kiseb l-akbar numru ta’ voti fl-ewwel round tal-proċess mingħajr ma aċċerta minn maġġoranza.

Zeman kien qed jiffaċċja disa’ sfidanti, fosthom il-liberali Jiri Drahos, li hu sostenitur tal-Ewropa u li issa se jkun l-avversarju dirett tal-President fil-fażi li jmiss. Zeman kiseb 39 fil-mija tal-vot fl-ewwel round kontra 27 fil-mija għal Drahos

Milos Zeman hu magħruf għall-politika kontra l-immigrazzjoni u li tiffavorixxi lir-Russja u ċ-Ċina.

Il-fażi deċiżiva tal-votazzjoni għall-Presidenza Ċeka hi programmata għal bejn is-26 u s-27 ta’ Jannar li ġej.