Konferenza bl-isem ta’ ‘Type 2 Diabetes Across the World: The 21st Century Epidemic’ saret ġewwa l-Palazz ta’ San Anton is-Sibt filgħodu biex tqajjem kuxjenza dwar id-dijabete.
Fil-konferenza kien hemm diversi kelliem, kemm dawk lokali u internazzjonali, li tkelmu dwar is-sitwazzjoni tad-dijabete madwar id-dinja kollha.
Kull kelliem ħeġġeġ biex wieħed jiċċekja regolarment filwaqt li l-persuni li jkollhom din il-kundizzjoni, jieħdu t-trattament meħtieġ.
Fost il-kelliema kien hemm wieħed mill-Membri Parlamentari Ewropew, Francis Zammit Dimech li jaħdem kontinwament dwar dan is-suġġett u li flimkien mal-Assocjazzjoni Maltija tad-Dijabete organizza din l-attività.
Net News tkellem miegħu dwar l-importanza ta’ ħajja iktar b’saħħitha.
Fl-aħħar, Francis Zammit Dimech sostna li l-politika għandha tkun waħda li tkun viċin il-ħtiġijiet tal-poplu kollu.





