Tfajla ta’ 20 sena li kienet qed issuq mutur kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.00 ta’ filgħodu fi Triq il-Kbira San Ġużepp wara li mutur ntlaqat minn karozza tat-tip Citroen bil-konsegwenza li spiċċa fuq karozza oħra ġejja fil-karreġġjata opposta.
Filwaqt li l-vittma ttieħdet b’ambulanza l-isptar għal aktar kura aktar tard kien kkonfermat li sofriet ġrieħi ħfief.
Fil-post kien hemm numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija jidderieġu t-traffiku li kien hemm fiz-zona fejn seħħ l-inċident.
//= $special ?>