Kompliet tittappan id-dinja ta’ Hollywood hekk kif l-attur ċelebri għall-films tal-azzjoni Steven Seagal qed jiġi investigat dwar abbuż sesswali li allegatament wettaq lura fl-2005.
Dan ħabbruh kelliema mid-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Los Angeles hekk kif l-attur ta’ 65 sena qed iħabbat wiċċu ma’ diversi allegazzjonijiet wara li diversi stillel spiċċaw taħt skrutinju liema bħalu konsegwenza tal-iskandlu tal-produttur Harvey Weinstein.
Fl-aħħar xhur Seagal ġie akkużat b’imġieba mhux xierqa mill-atturi Julianna Margulies u Portia De Rossi, fejn din tal-aħħar sostniet fuq il-midja soċjali li f’awdizzjoni li għamlet fl-uffiċju ta’ Seagal, huwa neża l-qalziet quddiemha.
Dan filwaqt li Margulies, magħrufa għall-interpretazzjoni tagħha fis-serje televiżiva ‘The Good Wife’, rrakkuntant ma’ stazzjon tar-radju li meta kellha biss 23 sena, hija marret f’kamra ta’ lukanda li kien hemm fiha Seagal taħt l-impressjoni li kienet ser issirilha awdizzjoni madanakollu l-attur kien waħdu u ħarbet tiġri.
S’issa kemm Seagal kif ukoll rappreżentant tiegħu għadhom ma ħallew l-ebda kummenti dwar dawn l-allegazzjonijiet.
//= $special ?>

