Mara miż-Żurrieq tista’ tgħoddha b’waħda wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku li mal-ewwel daqqa t’għajn deher wieħed mill-aktar gravi. L-inċident seħħ fi Triq is-Siġġiewi għall-ħabta ta’12.30 hekk kif għal xi raġuni seħħ impatt bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 45 sena u vann pick-up misjuq minn żagħżugħ ta’ 25 sena minn Ħaż-Żebbuġ stess.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ħarġu l-mara mill-karozza. Dan filwaqt li issejħet ukoll l-għajnuna ta’ tim mediku tal-ambulanzi sabiex il-vittma setgħet tingħata l-kura meħtieġa hekk kif kienet qed issofri minn xokk qawwi.
Filwaqt li t-triq ingħalqet għal xi ħin għat-traffiku, fortunatament il-vittmi ma kellhomx għalfejn jittieħdu l-isptar.