Lokali

“Aħna ser nibqgħu flimkien ankè fil-perjodi diffiċli” – Adrian Delia Kap tal-Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kellu merħba mill-isbaħ meta attenda għall-ikla tal-ħbieb organizzata mill-Kumitat Sezzjonali ta’ Għawdex.

Adrian Delia kien akkumpanjat mid-deputati Għawdxin, kif ukoll l-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista u diversi kunsilliera.

Adrian Delia fisser lil dawk preżenti bħala familja, dejjem hemm meta tifraħ u meta tibki, fit-tajjeb u fil-ħażin. Din hi ikla li twieldet fi żmien ta’ sfidi għall-Partit Nazzjonalista, fejn hu perjodu fejn issib il-ħbieb veri li lesti jibqgħu hemm anke meta jkun perjodu diffiċli.

“Aħna se nibqgħu flimkien”, wiegħed Adrian Delia lil dawk preżenti.

Fi tmiem l-ikla Adrian Delia ngħata pittura b’veduta ta’ Għawdex mill-artist Paul Stellini.

Adrian Delia rringrazzja lill-artist u qal li għalih din hi pittura mill-isbaħ taċ-Ċittadella għax fiha wkoll messaġġ li meta nkunu flimkien, magħqudin, ħadd ma jegħlibna.

Ikkummenta