Internazzjonali

Ajruplan joħroġ mir-runway mal-inżul

Boeing 737 tal-Pegasus Airlines baqa’ ħiereġ mir-runway tal-ajruport ta’ Trabzon fit-Turkija u spiċċa f’irdum mal-baħar. L-inċident seħħ mal-inżul tal-ajruplan wara titjira minn Ankara fl-istess Turkija. Abbord kien hemm 168 persuna li ma ġralhom xejn fl-inċident li seta’ kellu konsegwenzi ferm agħar.