Lokali

Anzjan iġarrab ġrieħi gravi wara inċident b’żiemel

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Anzjan mir-Rabat, Malta, kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident b’żiemel. Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9.00 fi Triq ir-Rabat, Ħad-Dingli, meta għal xi raġuni l-vittma ta’ 77 sena tilef il-kontroll taż-żiemel bil-konsegwenza li nqeleb għal fuq ħajt.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex ingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.