9 plejers tal-Borussia Dortmund mistennija jwettqu ħilithom kollha sabiex ikunu disponibbli għall-partita tal-lejla kontra l-Wolfsburg wara li kollha kemm huma spiċċaw ma jifilħux wara ikla kebab tat-tiġieġ. Mill-ewwel indikazzjonijiet il-plejers kienu qiegħdin waqt sessjoni ta’ taħrig mal-klabb Ġermaniż f’Marbella fi Spanja.
Jidher li d-disa plejers huma’ Roman Weidenfeller, Marc Bartra, Christian Pulisic, Roman Burki, Jacob Larsen, Dominik Reimann, Nuri Sahin, Omer Toprak e André Schurrle. Il-kowċ Stoeger sostna li qed jittama li ħafna minnhom jilħqu jirkupraw hekk kif jinsabu mifnija bi problemi fl-istonku.
//= $special ?>

