Lokali

Festa Ċitru b’risq organizzazzjonijiet tal-annimali abbandunati

Matul il-ġurnata tal-Ħadd, numru kbir ta’ nies żaru l-ġonna ta’ San Anton f’Ħ’Attard għal Festa Ċitru.

Kull min mar seta’ jixtri frott frisk, xorb u ikel mgħamul mil-larinġ, fost oġġetti tradizzjonali. Preżenti kien hemm il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca li bdiet tiltaqa’ ma’ dawk li żaru l-ġonna.

Fl-aħħar jiem kien qed isir il-ġbir tal-larinġ u frott ieħor minn madwar 600 siġra taċ-ċitru li jinsabu madwar il-Palazz.

Il-flus kollha miġbura mill-bejgħ tal-frott taċ-ċitru se jmur kollu b’risq l-organizzazzjonijiet li jiġbru annimali abbandunati jew maħqura f’pajjiżna.