Lokali

FILMAT: Tberik tal-annimali għall-festa ta’ San Anton Abbati

Il-Ħadd filgħodu sar it-tberik tal-annimali quddiem il-Knisja ta’ San Mark fir-Rabat għall-festa ta’ San Anton Abbati.

Din it-tradizzjoni li ssir kull sena bdiet b’quddiesa fl-għaxra ta’ filgħodu. Wara saret purċissjoni li kienet akumpanjata minn banda. Hekk kif il-vara bil-purċissjoni waslet lura ħdejn il-Knisja segwita b’numru ta’ żwiemel, huma ġew imberkin wieħed, wieħed.

Barra ż-żwiemel, kien hemm diversi annimali domestiċi fosthom klieb, għasafar u fniek li ġabuhom is-sidien apposta biex jiġu mberkin.

Din hi tradizzjoni li ssir kull sena fir-Rabat u ilha ssir ghal hafna snin.